Lilha biss fittixt!

 

Patri Mario Attard OFM Cap

Ismi sar jafu kulħadd. Ma tqallibx ktieb ta’ storja serju li ma tarnix imniżżel fih. Saħansitra anki fil-kotba li jfaħħru ħassieba kbar fl-istorja tal-ħsieb.

L-istudju minn dejjem ħabbejtu. Nammetti! Moħħi kien itini. U jien, ta’ tifel dejjem għatxan biex jitgħallem, xammart idejn moħħi ħa jqallbu kemm jifilħu ħsieb wara l-ieħor. Moħħi kien kartaxuga. Dak li kont naqra mal-ewwel kien jistampa ruħu fit-twavel imlaħħma tiegħu. Għalkemm mhux dejjem kien jitnaqqax fuq it-twavel ta’ qalbi. Għajr il-ktieb ta’ Ċiċerun fuq il-ħbiberija. Continue reading Lilha biss fittixt!