Il-baħar

Patri Mario Attard OFM Cap

Dan l-aħħar kelli l-grazzja li nagħmel l-irtir tas-sena fil-kunvent tagħna l-Kapuċċini f’Għawdex. Ngħid grazzja l-għaliex illum li tinqata’ mir-rutina tas-soltu biex tidħol fil-kamra ta’ ġewwa ta’ qalbek hija tassew grazzja mill-kbar nett.

Sewwa jgħidu: “San Franġisk ikattar!” Familja tar-ruħ għoġobha twassalni sal-vapur iċ-Ċirkewwa. Fis-7.41 pm imxejt sal-vapur. Tlajt. U, dritt dritt, mort nintasab fuq wieħed mill-bankijiet ta’ barra r-restorant. Għażilt li noqgħod in-naħa li tagħti lejn Kemmuna. Ħassejt li dik illejla kelli nirrifletti bil-bosta. Continue reading Il-baħar