Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > L-għira u l-għadab huma żewġ dnubiet koroh li joqtlu bil-kliem

L-għira u l-għadab huma żewġ dnubiet koroh li joqtlu bil-kliem


Il-Ħamis 21 ta’ Jannar, 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Il-Papa ċċelebra l-quddiesa fil-kappella tad-Dar Santa Marta fil-jum li fih il-Knisja tfakkar lil Sant’Anjeże verġni u martri. Fl-omelija tkellem dwar l-għira u l-korla u talab biex il-Mulej jeħlisna minn dawn id-dnubiet koroh li narawhom ukoll fil-komunitajiet Insara tagħna, dnubiet li jużaw l-ilsien biex joqtlu.

 

L-ewwel qari meħud minn Samwel jirrakkonta l-għira ta’ Sawl, re ta’ Iżrael, lejn David. Wara r-rebħa fuq il-Filistej, in-nisa bdew jgħannu bil-ferħ u jgħidu: ‘Sawl qatel lill-elf tiegħu u David l-għaxart elef tiegħu.’

B’hekk, minn dak il-jum Sawl daħallu suspett dwar David u beda jaħseb li jista’ jittradih. Imbagħad jisma’ mill-parir ta’ ibnu u jdawwar ħsiebu. Imma jerġa’ lura lejn il-ħsibijiet ħżiena tiegħu. L-għira, qal il-Papa, hi marda li terġa’ titfaċċa u twassal għall-għadab.

L-għira hi ħaġa kerha! Hi atteġġjament, hi dnub ikrah. Fil-qalb, l-għira u r-rabja jikbru bħal ħaxix ħażin; jikbru u ma jħallux wisa’ biex jikber il-ħaxix it-tajjeb. Kull ħaġa li tidher imdella tweġġa’ lil qalb bħal din. Qatt m’hi fil-paċi! Hija qalb itturmentata, hija qalb kerha! Imma wkoll, il-qalb li tgħir – smajnieha hawn – twassal għall-mewt. U l-Iskrittura tgħidu ċar: ‘minħabba l-għira tax-xitan daħlet il-mewt fid-dinja.’

L-għira toqtol, afferma l-Papa, u ma tippermettix li ħaddieħor ikollu xi ħaġa li jiena m’għandix. U dejjem fit-tbatija għax il-qalb ta’ min jgħir, ta’ min hu mgħaddab, tbati. Hija qalb li tbati! Hi tbatija li tixtieq il-mewt ta’ ħaddieħor.

Imma kemm-il darba, stqarr il-Papa, fil-komunitajiet tagħna – m’hemmx għalfejn immorru ‘l bogħod wisq biex naraw dan – minħabba l-għira, noqtlu b’ilsienna? Bniedem jgħir għal ieħor, jibda t-tqassis: u t-tqassis joqtol.

U jien u naħseb u nirrifletti fuq dan il-pass tal-Iskrittura, nistieden lili nnifsi u lil kulħadd biex infittxu jekk f’qalbna hemmx xi ħajta ta’ għira, ta’ għadab, li dejjem iwasslu għall-mewt u qatt ma tħossok hieni: għaliex hemm din il-marda li ġġiegħlek tħoss li t-tajjeb li għamel ħaddieħor huwa kontra tiegħek. U dan hu dnub ikrah! Hu l-bidu ta’ tant u tant kriminalità.

Nitolbu lill-Mulej li jtina l-grazzja li ma niftħux qlubna għall-għadab, li ma niftħux qlubna għall-għira, għax dawn dejjem iwasslu għall-mewt.
Pilatu, temm l-omelija l-Papa Franġisku, kien intelliġenti u fil-Vanġelu, San Mark jgħid li Pilatu nduna li l-mexxejja u l-Iskribi kienu tawh lil Ġesù f’idejh minħabba l-għira.

L-għira, skont l-interpretazzjoni ta’ Pilatu, li kien intelliġenti imma beżżiegħ, hi dak li wassal lil Ġesù għall-mewt. L-istrument, l-aħħar strument. Kienu tawhulu minħabba l-għira. Nitolbu wkoll lill-Mulej li qatt, minħabba l-għira, ma nibagħtu għall-mewt lil ħuna fil-parroċċa, fil-komunità, u lanqas lill-ġâr tal-kwartier: kulħadd għandu dnubietu u kulħadd għandu l-virtujiet tiegħu. Dawn huma f’kulħadd.

Inħarsu ruħna sewwa biex ma noqtlux bit-tqassis minħabba l-għira u l-għadab.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: