What a feeling!  

 

Patri Mario Attard OFM Cap

Tlett ijiem qabel spiċċat is-sena 2015 kelli x-xorti ngħaddi minn fejn ir-reception biex noħroġ mill-isptar wara lejl iebes ta’ xogħol. Jien u għaddej tassew li ntlaqat minn band ħelwa li bdiet iddoqq biċċa mużika mill-aktar interessanti. Mużika li tassew iffriskatni mill-ġdid l-għaliex tefgħetni ngħum fil-ħsieb u fir-riflessjoni. Għalkemm, bħalma diġà għedtilkom, għajjien wara lejl xogħol kontinwu ma’ ħutna l-morda. Il-kanzunetta li tagħtni ħajja ġdida kienet Flashdance … What a feeling, kantata mill-kantanta, kittieba tal-kanzunetti u attriċi magħrufa tas-snin tmenin, Irene Cara. Continue reading What a feeling!  

It-tnax-il kolonna

Il-Ġimgħa 22 ta’ Jannar, 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Talb u xhieda, dawn huma ż-żewġ dmirijiet tal-isqfijiet li huma l-kolonni tal-Knisja. Iżda jekk dawn jiddgħajfu jbati l-poplu t’Alla kollu. Għalqadstant, waqt il-quddiesa li ċċelebra dalgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta, il-Papa Franġisku stieden talb bla heda għas-suċċessuri tat-tnax-il Appostlu.

Continue reading It-tnax-il kolonna