Tiratur ta’ klassi kbira

 Patri Mario Attard OFM Cap

Hekk nafu lil għażiż ħabib u prim kuġin tal-għażiż Missieri, Joe Attard. Joe jibqa’ immarkat ħafna f’qalbi mhux biss l-għaliex huwa demmi imma wkoll minħabba t-tagħlim kbir li tani f’ħajtu. U, fuq kollox, fil-passaġġ tiegħu għall-ħajja ta’ dejjem.

Ħaġa mill-isbaħ li taffaxxinani f’Joe hija l-pożittività tiegħu. Meta niftakar fih mill-ewwel jitla’ f’moħħi u f’qalbi dak li kien jgħid il-player Amerikan tal-baseball Wade Boggs: “Attitudni pożittiva tikkawża rejazzjoni katina għall-ħsibijiet pożittivi, ġrajjiet u konsegwenzi. Hija katalista u tikkawża riżultati straodinarji”. Continue reading “Tiratur ta’ klassi kbira”

Alla jisma’ l-karba u jagħmel patt

5. Katekeżi dwar il-Ħniena mill-Papa Franġisku. 27 ta’ Jannar 2016.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fl-Iskrittura Mqaddsa, il-ħniena ta’ Alla hi preżenti tul l-istorja kollha tal-poplu ta’ Israel.

Bil-ħniena tiegħu, il-Mulej isieħeb il-mixja tal-Patrijarki, jibgħatilhom l-ulied għad li ma jistax ikollhom tfal, imexxihom tul mogħdijiet ta’ grazzja u ta’ rikonċiljazzjoni, kif turi l-istorja ta’ Ġużeppi u ħutu (ara Ġen 37-50). U hawn naħseb f’tant aħwa fl-istess familja li tbiegħdu minn xulxin u ma jitkellmux.

Continue reading “Alla jisma’ l-karba u jagħmel patt”