5. Katekeżi dwar il-Ħniena mill-Papa Franġisku. 27 ta’ Jannar 2016.
Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!
Fl-Iskrittura Mqaddsa, il-ħniena ta’ Alla hi preżenti tul l-istorja kollha tal-poplu ta’ Israel.
Bil-ħniena tiegħu, il-Mulej isieħeb il-mixja tal-Patrijarki, jibgħatilhom l-ulied għad li ma jistax ikollhom tfal, imexxihom tul mogħdijiet ta’ grazzja u ta’ rikonċiljazzjoni, kif turi l-istorja ta’ Ġużeppi u ħutu (ara Ġen 37-50). U hawn naħseb f’tant aħwa fl-istess familja li tbiegħdu minn xulxin u ma jitkellmux.