Giuseppe Moscati

Patri Mario Attard OFM Cap

Fil-ħajja ġieli jiġrulna ħwejjeġ li lanqas aħna stess ma nkunu kapaċi nfissruhom. Dan l-aħħar ingħatatli l-grazzja li ninżel fil-fond fil-ħajja ta’ xi ħadd li, bħali, qatta’ biċċa kbira minn ħajtu mal-morda fl-isptar. U dan ix-xi ħadd m’hu ħadd għajr it-tabib qaddis San Giuseppe Moscati.

Giuseppe Moscati (1880-1927), kien tabib, professur tal-mediċina u pijunier fil-qasam il-bijokemistrija. M’huwiex daqshekk komuni li professjonist, ġej minn università sekulari moderna, jiġi iddikjarat qaddis. Imma kemm hija xi ħaġa mill-isbaħ meta xjentist ta’ fama internazzjonali jispiċċa interċessur kbir għall-mirakli li jseħħu. Continue reading Giuseppe Moscati