Alla jisma’ l-karba u jagħmel patt

5. Katekeżi dwar il-Ħniena mill-Papa Franġisku. 27 ta’ Jannar 2016.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fl-Iskrittura Mqaddsa, il-ħniena ta’ Alla hi preżenti tul l-istorja kollha tal-poplu ta’ Israel.

Bil-ħniena tiegħu, il-Mulej isieħeb il-mixja tal-Patrijarki, jibgħatilhom l-ulied għad li ma jistax ikollhom tfal, imexxihom tul mogħdijiet ta’ grazzja u ta’ rikonċiljazzjoni, kif turi l-istorja ta’ Ġużeppi u ħutu (ara Ġen 37-50). U hawn naħseb f’tant aħwa fl-istess familja li tbiegħdu minn xulxin u ma jitkellmux.

Continue reading Alla jisma’ l-karba u jagħmel patt

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl

Is-Sibt 23 ta’ Jannar 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa t-Translazzjoni tar-Relikwa, Għasar u Quddiesa, fis-Solennità tal-Konverzjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl, it-titular tal-Katidral, fil-Katidral tal-Imdina.

Continue reading L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl

What a feeling!  

 

Patri Mario Attard OFM Cap

Tlett ijiem qabel spiċċat is-sena 2015 kelli x-xorti ngħaddi minn fejn ir-reception biex noħroġ mill-isptar wara lejl iebes ta’ xogħol. Jien u għaddej tassew li ntlaqat minn band ħelwa li bdiet iddoqq biċċa mużika mill-aktar interessanti. Mużika li tassew iffriskatni mill-ġdid l-għaliex tefgħetni ngħum fil-ħsieb u fir-riflessjoni. Għalkemm, bħalma diġà għedtilkom, għajjien wara lejl xogħol kontinwu ma’ ħutna l-morda. Il-kanzunetta li tagħtni ħajja ġdida kienet Flashdance … What a feeling, kantata mill-kantanta, kittieba tal-kanzunetti u attriċi magħrufa tas-snin tmenin, Irene Cara. Continue reading What a feeling!  

It-tnax-il kolonna

Il-Ġimgħa 22 ta’ Jannar, 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Talb u xhieda, dawn huma ż-żewġ dmirijiet tal-isqfijiet li huma l-kolonni tal-Knisja. Iżda jekk dawn jiddgħajfu jbati l-poplu t’Alla kollu. Għalqadstant, waqt il-quddiesa li ċċelebra dalgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta, il-Papa Franġisku stieden talb bla heda għas-suċċessuri tat-tnax-il Appostlu.

Continue reading It-tnax-il kolonna