Il-Knisja f’Malta tilqa’ żewġ kandidati għas-saċerdozju

Il-Ħadd 3 ta’ Jannar 2016: L-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra l-Quddiesa tal-Epifanija fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Matul din il-Quddiesa, l-Arċisqof laqa’ uffiċjalment żewġ seminaristi bħala kandidati għas-saċerdozju. Dawn huma Anton D’Amato, mill-Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq, u Bernard Micallef, mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien.

Continue reading Il-Knisja f’Malta tilqa’ żewġ kandidati għas-saċerdozju

Hawn teżor!

Patri Mario Attard OFM Cap

Fejn għamilthieli dik il-karta? Instema jgħajjat l-oraklu irrabjat. Kelma minn hawn. U kelma minn hemm u tqum storja sħiħa! Addijo l-imħabba li s’issa għaqqdithom flimkien għal ma nafx kemm-il sena! Hemm ara x’ġara! Fuq biċċa ta’ karta reġgħu saru bħalma kienu ftit minuti ilu kif ħallejthom: kelb u qattus! Continue reading Hawn teżor!

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mar-residenti tad-Dar tal-Providenza

Fl-ewwel jum tas-Sena l-Ġdida 2016, inġabret is-somma rekord ta’ €1,040,855 waqt l-għoxrin edizzjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità organizzata minn RTK4Charity b’risq id-Dar tal-Providenza. It-temp tajjeb għen biex għadd kbir ta’ nies marru s-Siġġiewi biex jagħtu d-donazzjoni tagħhom u jkunu parti mid-divertiment li kien għaddej taħt it-tinda li ttellgħet fil-parkeġġ. Continue reading L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mar-residenti tad-Dar tal-Providenza