Il-kurituri tal-Isptar Mater Dei

Patri Mario Attard OFM Cap

Twal u dojoq! Donnhom ma jispiċċaw qatt! Timxi! Timxi! U dejjem timxi! Sakemm fl-aħħar tasal fis-sala fejn tixtieq.

Ħafna ikkummentawli fuqhom. Fuq l-imberkin kurituri tal-Isptar Mater Dei. Staqsi kemm huma twal lil min xogħlu hu li jimxihom. Mela ibda’ minna l-kappillani tal-Isptar! Jiena u nimxihom niltaqa’ ma’ biżibilju nies. Nies li nkun nafhom. Oħrajn le. Nies li nagħrafhom u oħrajn li jagħrfuni. Hemm ukoll dawk li ma nagħrafhomx. Jew ma jagħrfunix. Ġieli sibt nies li waqqfuni u ikkummentwali fuq xi artiklu li l-Mulej jagħtini nikteb għal dan il-ġurnal popolari. U min jgħidli ħaġa u min jgħidli oħra. Continue reading “Il-kurituri tal-Isptar Mater Dei”

Is-Sbatax-il Jum tar-Randan

Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

IT-TNEJN TAT-TIELET ĠIMGĦA

Lq 4,24-30 – II Slat 5,1-15a

“Kun dejjem twajjeb, Mulej, mal-Knisja tiegħek: żommha safja u wettaqha, u billi mingħajrek ma tistax tibqa’ sħiħa, mexxiha dejjem bil-grazzja tiegħek.”

[Il-waqfa – statio – Rumana  tallum hi fil-knisja mibnija fuq il-qabar ta’ wieħed mill-martri kbar ta’ Ruma, sewwasew fil-bażilika ċimiterjali ta’ San Lorenzo fuori le Mura. Din il-knisja nobbli nbniet kemm-il darba mill-ġdid sakemm waslet dik tallum. Il-proto-djaknu martri San Lawrenz isaħħaħna fit-talba tagħna llum.] Continue reading “Is-Sbatax-il Jum tar-Randan”

A precious gift for a lifetime

 Fr Mario Attard OFM Cap

A friend of mine gave me a book which is enriching my spiritual and pastoral life. I am referring to the book by Pope Francis The name of God is Mercy.

This fabulous book is precisely a frank and friendly conversation of the actual Argentinian Pontiff with the Italian journalist and vaticanist, Andrea Tornielli. This easy read book gives us a powerful insight into the Holy Father’s vision of mercy. It spells out how this vision can effectively influence the Church starting from its highest echelons till its grassroots. Continue reading “A precious gift for a lifetime”

Smigħ u azzjoni

Nhar l-Erbgħa 10 ta’ Frar, għadna kemm tajna bidu għar-Randan imqaddes. Il-messaġġ tal-Papa Franġisku għar-Randan ta’ din is-sena, fil-kuntest tas-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena, huwa dirett u qawwi. Iħeġġiġna biex nisimgħu u mbagħad inwieġbu fuq dak li nisimgħu. Ir-Randan huwa żmien privileġġat fejn il-Kelma ta’ Alla titħabbar lilna b’qawwa insistenti għall-indiema u l-bdil tad-direzzjoni f’ħajjitna.  MESSAĠĠ TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU GĦAR-RANDAN 2016 “Ħniena rrid, u mhux sagrifiċċju” (Mt 9:13) L-opri tal-ħniena fil-mixja tal-Ġublew Marija, ikona ta’ Knisja li tevanġelizza għax hi evanġelizzata Fil-Bulla tal-Indizzjoni tal-Ġublew għamilt stedina biex “ir-Randan ta’ din is-Sena Ġubilari ngħixuh b’mod iżjed intens bħala mument qawwi biex niċċelebraw u nduqu … Continue reading Smigħ u azzjoni

Is-Sittax-il Jum tar-Randan

Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

IS-SIBT TAT-TIENI ĠIMGĦA

Lq 15,1-3.11-32 – Mik 7,14-15.18-20

“O Alla, inti tagħtina mezzi qaddisa biex, sa minn din l-art stess, iddaħħalna f’sehem fil-ħwejjeġ tas-sema; kun int li tmexxina f’din il-ħajja, u wassalna f’dak id-dawl li fih inti tgħammar.”

[Tradizzjonalment it-talba kwareżimali tallum hi marbuta mal-knisja ta’ Santi Marcellino e Pietro, knisja żgħira li tinsab bejn Santa Maria Maggiore u l-Arċibażilika Lateranensi. Kienet telgħet għall-ewwel darba fir-raba’ seklu tardiv. It-talba tallum tgħaqqadna spiritwalment mal-komunità Rumana li mistagħna b’dawn iż-żewġ martri tagħha.] Continue reading “Is-Sittax-il Jum tar-Randan”