Waqgħa u qawma

Patri Mario Attard OFM Cap 

Il-ħajja mimlija sorpriżi. U s-sorpriżi, li jistgħu għall-ewwel jintiegħmu pożittivi inkella negattivi, dejjem iħallu effett pożittiv aħħari u dejjiemi. L-għaliex jagħtu tagħlima. Mhux bi tpattija. Imma bħala fejqan u twissija.

Mela f’dawn il-jiem kont miexi. U moħħi dejjem idur. Jaħseb. Illum, jiena u ngħid dan il-kliem, nitbissem. U nidħak ukoll! Għaliex le? Forsi l-għaliex is-sorpriża li se nkellimkom fuqha ma tobsruhiex. Waqt li kont qed naħseb fuq ħsieb mort inqiegħed riġli, ħafif ħafif, fuq biċċa konkos li kienet qed tagħlaq gandott. Mitluf kif kont fi ħsibijieti u għalhekk il-poles li kien hemm apposta ma rajthomx, filli kont fl-art u filli nsibni nieżel u nieżel l’isfel. Iva! Inżilt fil-konkos biċ-ċoqqa b’kollox! Continue reading “Waqgħa u qawma”