Ir-riskju tal-fidi

Patri Mario Attard OFM Cap 

Dan l-aħħar Patri fil-kunvent fejn ngħix waħħal tabella ma’ bieb kamartu li tefgħetni f’dinja ta’ ħsibijiet. Il-tabella kienet tgħid hekk bl-ilsien Ingliż: Faith involves risk. Il-fidi tinvolvi riskju.

Sabiħa! U naf li hi hekk l-għaliex meta rajtha bqajt imsaħħar inħares lejha. Laqtitni fil-laħam il-ħaj. Ilkoll inħossu l-bżonn li ħaddieħor jaqbel magħna. Almenu f’ħafna affarijiet. L-għaliex b’dan il-mod inħossuna milqugħa. Aċċettati. Meta wieħed jaqbel miegħi isaħħaħni. Jinkoraġġini. Ħa nissokta nimxi ‘l quddiem! Continue reading “Ir-riskju tal-fidi”