L-1 Jum tar-Randan (2016)

Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

L-ERBGĦA TAR-RMIED – Mt 6,6.16-18 – Ġoel 2,12-18 – II Kor 5,20-6,2

Agħtina, Mulej,  li nibdew bis-sawm imqaddes it-taħriġ għat-taqbida tagħna bħala dixxipli ta’ Kristu, ħalli nitwettqu bil-qawwa tar-rażan u nissieltu tajjeb kontra l-ispirti tal-ħażen.

Din hi t-talba li tagħmel il-komunita’ Nisranija miġbura fil-knisja ta’ Santa Sabina, fuq l-Aventino, fl-ewwel jum tar-Randan. Hi t-talba li l-Knisja universali, jiġifieri aħna d-dixxipli ta’ Kristu, nagħmlu f’għaqda mal-Knisja f’Ruma, fil-bidu ta’ daż-żmien ta’ tiġdid spiritwali. Continue reading “L-1 Jum tar-Randan (2016)”