It-2 Jum tar-Randan

Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

IL-ĦAMIS TAR-RMIED

Lq 9,22-25 Dewt 30,15-20

Agħtina, Mulej, id-dawl tiegħek qabel ma nibdew il-ħidmiet tagħna, u għinna aħna u nagħmluhom, biex kulma nagħmlu jkun jibda minnek u fik jintemm.

Din hi t-talba tal-komunita’ Nisranija tal-qedem miġbura fil-knisja ta’ San Ġorġ, fl-inħawi tal-Velabro, f’Ruma, fit-tieni jum tar-Randan. Hi l-“kolletta” tal-quddiesa f’dal-jum bikri tat-tiġdid “kwareżimali”. Continue reading It-2 Jum tar-Randan

Id f’id

Patri Mario Attard OFM Cap

Kien jum ta’ festa. L-Isptar kien kwiet aktar mis-soltu. Ġurnata mill-isbaħ. Xemx taqli l-ġrieden! Għall-erwieħ! L-AC!

Mort fis-sala. Staqsejt għalih. Kien għadu fejn poġġewh. Dħalt. Rajtu fis-sodda ta’ ġewwa. Miegħu kien hemm tlieta oħrajn. Qaluli li kien bħali, Franġiskan Kapuċċin. Iżda, fir-rejaltà, ma kienx. Kien li kien. Mhux importanti. Imma mportanti għal ħaġa waħda. Ħaġa li bqajt inġorr. Ħaġa li baqgħet f’qalbi biex tgħinni noħroġ b’qalbi kollha għal min ikollu tassew bżonn il-ħniena ta’ Alla bija. Continue reading Id f’id