Il-memorja

Patri Mario Attard OFM Cap

“Ommi Mà! Kif marrittli l-memorja!” Hekk ngħid meta nkun insejt xi ħaġa li għamilt ilbieraħ. Jiġifieri dik it-tip ta’ memorja li l-esperti jgħidulha s-short-term memory. Imma, fil-verità, il-bniedem jista’ jgħix ħajtu mingħajr memorja?

Żgur li le! Lanqas meta l-memorja ta x’għamilt ilbieraħ tibda’ teħfiefli. Imma l-memorja ta’ affarijiet ta’ meta kont żgħir għadhom stampati ċari f’moħħi. Mhux il-biċċa l-kbira minna niftakru fit-tfulija tagħna! U, niftakru fiha, bit-tlajja u l-inżul tagħha. Bil-qawwiet u d-dgħjufijiet li jinsġuha. L-għaliex dak hu aħna. Dak hu li jagħmilna bnedmin tad-demm u l-laħam. Bnedmin li nistgħu nikbru. Continue reading Il-memorja