Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia
L-ERBGĦA TAL-EWWEL ĠIMGĦA
Lq 11,29-32 – Ġona 3,1-10
“Fit-tjieba tiegħek, Mulej, ħares lejn il-qima tal-poplu tiegħek, biex aħna, li qegħdin inrażżnu l-ġisem u niċċaħħdu mill-ħtiġijiet tiegħu, inqawwu r-ruħ tagħna bil-frott ta’ l-għemejjel tajba.”
[Dit-talba hi marbuta mal-bażilika ta’ Santa Maria Maggiore, li-“statio” (waqfa) tallum, li sal-bidliet li saru fil-kalendarju liturġiku Ruman (1967) kienet tikkoinċidi wkoll ma’ waħda mill-“quatuor tempora” (erba’ żminijiet): tradizzjonalment jiem ta’ sawm, talb u radd-il ħajr.] Continue reading “Is-7 Jum tar-Randan”