Quddiesa fl-okkażjoni tal-20 sena mit-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Ombudsman

Nhar l-Erbgħa 17 ta’ Frar 2016: L-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, il-Belt Valletta. Din il-quddiesa ġiet organizzata fl-okkażjoni tal-20 anniversarju mit-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Ombudsman f’Malta. Minbarra l-Ombudsman u l-impjegati tal-Uffiċċju tiegħu, attendew ukoll id-Deputat Speaker, l-Onor. Ċensu Galea, l-iSkrivan tal-Kamra, is-Sur Raymond Scicluna u ex-impjegati li ħadmu f’din l-istituzzjoni sa mit-twaqqif tagħha.

Continue reading “Quddiesa fl-okkażjoni tal-20 sena mit-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Ombudsman”

Smigħ u azzjoni

Patri Mario Attard OFM Cap

Nhar l-Erbgħa 10 ta’ Frar, għadna kemm tajna bidu għar-Randan imqaddes. Il-messaġġ tal-Papa Franġisku għar-Randan ta’ din is-sena, fil-kuntest tas-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena, huwa dirett u qawwi. Iħeġġiġna biex nisimgħu u mbagħad inwieġbu fuq dak li nisimgħu.

Ir-Randan huwa żmien privileġġat fejn il-Kelma ta’ Alla titħabbar lilna b’qawwa insistenti għall-indiema u l-bdil tad-direzzjoni f’ħajjitna. Is-smigħ biss tal-Kelma ma jħallix frott. Dan tgħidulna ċar l-Ittra ta’ San Ġakbu stess meta tgħidilna: Continue reading “Smigħ u azzjoni”