Alla hu konkret: le għal reliġjon tat-tpaċpiċ

It-Tlieta 23 ta’ Frar, 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Ir-reliġjon Nisranija hi reliġjon konkreta li għemilha hu t-tajjeb; mhix reliġjon tat-tlablib magħmula mill-ipokrisija u l-vanità. Hekk afferma l-Papa Franġisku hu u jikkummenta l-qari tal-liturġija tal-lum.

Continue reading “Alla hu konkret: le għal reliġjon tat-tpaċpiċ”

It-Tnax il-Jum tar-Randan

Nota – It-Tnejn, 22 ta’ Frar, ħabtet il-festa tal-Katedra ta’ San Pietru, b’qari propju (jiġifieri tal-festa u mhux tar-Randan).

Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

IT-TLIETA TAT-TIENI ĠIMGĦA

Mt 23,1-12 – Is 1,10.16-20

Fil-ħniena tiegħek bla tmiem, ħares, Mulej, il-Knisja tiegħek; u billi l-bniedem jiġġarraf mingħajrek, agħtih dejjem l-għajnuna tiegħek biex jitbiegħed minn kull deni u jfittex is-salvazzjoni.

[Skond it-tradizzjoni tar-Randan fil-belt eterna l-komunita’ Rumana bħallum tiltaqa’ fil-knisja ta’ Santa Balbina all’Aventino, knisja mibnija fejn qabel kien hemm villa tas-seklu 4 ta’ familja importanti u li parti minnha għadha tidher fil-knisja sallum. Nagħmlu tagħna t-talba tallum. ] Continue reading “It-Tnax il-Jum tar-Randan”