Home > Randan 2016, Ġenerali > It-Tnax il-Jum tar-Randan

It-Tnax il-Jum tar-Randan


Nota – It-Tnejn, 22 ta’ Frar, ħabtet il-festa tal-Katedra ta’ San Pietru, b’qari propju (jiġifieri tal-festa u mhux tar-Randan).

Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

IT-TLIETA TAT-TIENI ĠIMGĦA

Mt 23,1-12 – Is 1,10.16-20

Fil-ħniena tiegħek bla tmiem, ħares, Mulej, il-Knisja tiegħek; u billi l-bniedem jiġġarraf mingħajrek, agħtih dejjem l-għajnuna tiegħek biex jitbiegħed minn kull deni u jfittex is-salvazzjoni.

[Skond it-tradizzjoni tar-Randan fil-belt eterna l-komunita’ Rumana bħallum tiltaqa’ fil-knisja ta’ Santa Balbina all’Aventino, knisja mibnija fejn qabel kien hemm villa tas-seklu 4 ta’ familja importanti u li parti minnha għadha tidher fil-knisja sallum. Nagħmlu tagħna t-talba tallum. ]

Hija talba, din tallum, li l-Knisja terfa’ lejn Alla li hu ta’ ħniena infinita: biex iħares lejna l-bnedmin li aħna tant dgħajfin, biex jagħdirna sewwasew għax mingħajru niġġarfu, biex jagħtina l-għajnuna ħalli nagħarfu nitbiegħdu mid-deni u biex iħeġġiġna nfittxu dak li hu l-aktar importanti, jiġifieri s-salvazzjoni.

Din it-talba tfakkarna f’żewġ veritajiet. L-ewwel waħda hi li Alla jrid is-salvazzjoni tagħna u għalhekk joffrihielna. It-tieni verita’ hi li sabiex niksbuha aħna rridu nagħmlu l-parti tagħna billi nistinkaw għaliha. U jekk nistinkaw għaliha, mhux se jħallina weħidna u jagħtina l-għajnuna biex niksbuha.

Għalhekk għandna bżonn il-grazzja ta’ l-umilta’ li tgħallimna li mingħajr Alla niġġarrfu, il-grazzja tal-fedelta’ biex ma nkunux nies tal-kliem biss u l-grazzja tar-realiżmu biex ma nippretendux li aħna xi ħaġa meta m’aħna xejn.

 

Categories: Randan 2016, Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: