!!!

Patri Mario Attard OFM Cap

Kull darba li nirċievi mingħandha tagħmilli ! Issa dan il-punt esklamattiv jaf ikun wieħed. Tnejn. Tlieta. U ġieli erba’ wkoll! Hemm ara anki jien għamilt !

Qed ngħixu f’dinja fejn hija mimlija kontradizzjonijiet. Fuq naħa waħda tgħidlek biex tkun mingħajr emozzjonijiet. Ħa tkun eżatt u eżatta. Ħalli ħadd ma jgħid xejn fuqek. U ma tiġi qatt interpretat ħażin jew ħażina. Ġieli l-attitudni li dħalna fiha, anki f’pajjiżna, fejn il-latikar sar il-ħobżna ta’ kuljum, qed tagħmel ħajjitna miżerja. Toqol! Toqol! U toqol! Imbagħad, minn naħa l-oħra, din l-istess dinja tħalli babilonji kbar isiru. U ġieli, fil-liġijiet tagħha, id-dinja dawn iġġibhom b’idejha stess. Taħt l-iskuża li kulħadd għandu d-drittijiet tiegħu! Insomma! Ħawwadni ħa nifhmek! Continue reading “!!!”