Il-kurituri tal-Isptar Mater Dei

Patri Mario Attard OFM Cap

Twal u dojoq! Donnhom ma jispiċċaw qatt! Timxi! Timxi! U dejjem timxi! Sakemm fl-aħħar tasal fis-sala fejn tixtieq.

Ħafna ikkummentawli fuqhom. Fuq l-imberkin kurituri tal-Isptar Mater Dei. Staqsi kemm huma twal lil min xogħlu hu li jimxihom. Mela ibda’ minna l-kappillani tal-Isptar! Jiena u nimxihom niltaqa’ ma’ biżibilju nies. Nies li nkun nafhom. Oħrajn le. Nies li nagħrafhom u oħrajn li jagħrfuni. Hemm ukoll dawk li ma nagħrafhomx. Jew ma jagħrfunix. Ġieli sibt nies li waqqfuni u ikkummentwali fuq xi artiklu li l-Mulej jagħtini nikteb għal dan il-ġurnal popolari. U min jgħidli ħaġa u min jgħidli oħra. Continue reading Il-kurituri tal-Isptar Mater Dei