Id-Dawl idda għalija!

Patri Mario Attard OFM Cap

Ħajti ta’ taħt fuq. Nipprova nfittex il-ferħ. Nixxennaq għas-serħan. Iżda ma nsib xejn. Proprju xejn!

Niġri minn hawn għal hemm. Noħroġ minn bawxata u nidħol f’oħra. Stejjer. Avventuri. Inkwiet. Kemm-il darba ħallejt lil marti tinkwieta fuqi. “Min jaf fejn qiegħed? Mank ċempilli! Ħallieni agħar minn annimal!” U kemm-il darba sawwat lil żewġi. Mhux biċ-ċintorin. Imma b’xi ħaġa agħar. Ferm agħar! Iddeċidejt li ma nkellmux. Inkella inkun żorra miegħu. U dak li hu tiegħu fiż-żwieġ inċaħħadulu. Anki jekk nisma’ l-quddies kuljum. U nitqarben. Imma ma rridx nagħti lili nnifsi fuq l-artal taż-żwieġ. Irrid ngħaddilu l-messaġġ! Forsi jifhem! Iżda x’ħadt b’daqshekk? Aktar ħarraxxtlu qalbu! Continue reading “Id-Dawl idda għalija!”

Il-bidlainn

Patri Mario Attard OFM Cap 

M’hemmx isbaħ milli bniedem jinbidel għat-tajjeb. Il-bidla turi li bniedem ma jistaġnax. Anzi! Jinfetaħ għall-iżvilupp! Jinfetaħ għall-ħajja!

Bħalissa l-istaġun tar-rebbiegħa jgħinna biex naħsbu ħafna aktar fil-fond dwar din ir-rejaltà kbira. Ara ftit kif jinbidlu l-fjuri. Ara t-temp kif jieħu sfumatura oħra. Ejjew ma mmorrux ‘il bogħod! Ara kif tinbidel saħansitra l-burdata tagħna f’dawn iż-żminijiet. It-temp sabiħ tar-rebbiegħa iġagħlna nħossuna aħjar. Ferm aħjar! Il-jiem sbieħ jagħtuna kuraġġ ħalli naffaċċjaw ix-xtiewi ta’ ħajjitna b’determinazzjoni. B’konvinzjoni li ebda maltemp li qatt ġie u m’għaddiex! Pożittiv! Pożittiv! Dejjem pożittiv! Continue reading “Il-bidlainn”

Il-Ħniena tħassar id-dnub

12. Katekeżi dwar il-Ħniena mill-Papa Franġisku. 30 ta’ Marzu 2016.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-lum nagħlqu l-katekeżi fuq il-ħniena fit-Testment il-Qadim, u dan nagħmluh billi nimmeditaw is-Salm 51, magħruf bħala l-Miserere. F’din it-talba penitenzjali, qabel tintalab il-maħfra, tiġi l-istqarrija tal-ħtija, u min qed jitlob, huwa u jħalli l-imħabba ta’ Alla ssaffih, isir ħlejqa ġdida, li kapaċi jobdi, hu mimli bi spirtu qawwi u jrid ifaħħar lil Alla mill-qalb.

Continue reading “Il-Ħniena tħassar id-dnub”

Tkun qabża fil-kwalità meta nsejħu lil persuna b’ismu

It-Tlieta 29 ta’ Marzu 2016: L-Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra Quddiesa fil-ftuħ ta’ Konferenza Internazzjonali dwar l-Etika fil-post tax-xogħol, l-Isptar Mater Dei. Il-Quddiesa kienet iċċelebrata fil-Kappella tal-Isptar Mater Dei.

Continue reading “Tkun qabża fil-kwalità meta nsejħu lil persuna b’ismu”

L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa Stazzjonali tal‑Għid il‑Kbir tal‑Mulej

Il‑Ħadd 27 ta’ Marzu 2016: L-Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra l-Quddiesa Stazzjonali tal‑Għid il‑Kbir tal‑Mulej, fil‑Kon‑Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Matul din il‑Quddiesa Monsinjur Arċisqof ta s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lil żewġ adulti. Fi tmiem il‑Quddiesa, l‑Arċisqof ta l‑Barka Appostolika bl‑Indulġenza Plenarja.

Continue reading “L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa Stazzjonali tal‑Għid il‑Kbir tal‑Mulej”

O Salib ta’ Kristu!

Talba tal-Papa Franġisku fi tmiem il-Via Crucis fil-Kolossew ta’ Ruma, Ġimgħa l-Kbira, 25/03/2016.

O Salib ta’ Kristu, simbolu ta’ l-imħabba divina u ta’ l-inġustizzja umana, ikona ta’ l-ogħla sagrifiċċju għall-imħabba tagħna u ta’ l-ikbar egoiżmu frott il-bluha, strument ta’ mewt u triq tal-qawmien, sinjal ta’ l-ubbidjenza u emblema tat-tradiment, patibolu tal-persekuzzjoni u stendard tar-rebħa.  Continue reading “O Salib ta’ Kristu!”