Xi jsaħħaħ lis-soċjetà tagħnainn

Patri Mario Attard OFM Cap

Il-festa liturġika ta’ San Tumas t’Akwinu, li iċċelebrajna nhar il-Ħamis 28 ta’ Jannar, tixgħel bozza fuq is-soċjetà tagħna. Kemm hu importanti u urġenti li nitħaddtu, nippromovu u ngħixu l-virtujiet. Imma x’inhi l-virtù?

San Tumas ħa l-kelma virtù mill-istess għerq tal-kelma Latina vir, li tfisser raġel u vis li tfisser qawwa. Mela t-tifsira bikrija tal-kelma virtù timplika l-ħakma ta’ kwalitajiet maskili bħall-qawwa u l-kuraġġ fl-ordni morali tat-tjubija u tal-perfezzjoni umana. Akwinu jiddefinixxi l-virtù bħala drawwa li tinfluwenza l-azzjoni (habitus operativus bonus). Continue reading Xi jsaħħaħ lis-soċjetà tagħnainn

Il-ħniena taħfer u tinsa

It-Tlieta 1 ta’ Marzu, 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Il-Papa Franġisku dalgħodu ċċelebra l-quddiesa fid-Dar Santa Marta. Fil-kummenti tiegħu dwar il-qari tal-ġurnata l-Papa qal li r-Randan hu żmien privileġġjat li fih inħejju ruħna għal-laqgħa mal-Mulej billi nħejju qlubna biex nirċievu l-maħfra mingħand Alla u naħfru lill-proxxmu tagħna.

Continue reading Il-ħniena taħfer u tinsa

It-Tmintax-il Jum tar-Randan

Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

IT-TLIETA TAT-TIELET ĠIMGĦA

Lq 18,21-25 – Dan 3,25.34-43

Twarrab qatt minna, Mulej, il-grazzja tiegħek, li biha nagħtu ruħna għas-servizz imqaddes tiegħek u naqilgħu dejjem l-għajnuna tas-sema.” 

[It-talba tallum twaqqafna fl-istazzjon tal-bażilika ta’ “San Marco al Campidoglio” li tinsab f’riġlejn l-għolja “Capitolina” – l-akropoli  ta’ Ruma imperjali. Dil-knisja kellha l-bidu tagħha f’nofs is-seklu IV u mbagħad inbniet kemm-il darba b’devozzjoni lejn l-Evanġelista, dixxiplu ta’ l-appostlu Pietru, l-ewwel isqof ta’ Ruma.] Continue reading It-Tmintax-il Jum tar-Randan