Ittra li ġagħlitni naħseb  

 

Patri Mario Attard OFM Cap

Dan l-aħħar instabet ittra interessanti fi Knisja. Ittra miktuba lis-saċerdot. Ikun min ikun. Jiena kelli x-xorti naqraha. Jidher ċar li min kitibha huwa tifel\tifla. Il-kaligrafija u l-età jitħaddtu waħedhom.

F’din l-ittra kien hemm miktub hekk: “Father, itlob għal min hu fil-bżonn. Aħfer lil min għandu bżonn maħfra. Itlob lil Ġesù biex ineħħi l-mistħija minn nies li jistħu jiġu iqerru biex ma jħallux il-mistħija li jiżralhom ix-xitan tbegħedhom mill-maħfra ta’ Ġesù. Grazzi”. Imbagħad kien hemm l-isem u l-età. Fuq in-naħa ta’ barra tal-karta kien hemm miktuba l-kelma ITTRA u tbissima. Continue reading “Ittra li ġagħlitni naħseb  “