Ir-rabja

Patri Mario Attard OFM Cap

Ġieli telegħulhekk? U, f’xi mumenti, għedt kulma ġie f’ilsienek? Kemm iddispjaċiek wara hux!

Ir-rabja. Imma issa ħa nirraġunaw naqra sieħbi! Ir-rabja mhux dejjem dnub tafx! Teżiżti tip ta’ rabja li l-Bibbja tapprova. Jiġifieri dik l-għamla ta’ rabja li nsejħulha “rabja qaddisa”. Il-Mulej jirrabja (ara Salm 7:11; Mk 3:5). L-Insara ukoll jkollhom ċerti mumenti fejn jinkurlaw (ara Efesin 4:26). Hemm żewġ kelmiet fit-Testment il-Ġdid li jistgħu jinqallbu bħala “rabja”. Waħda minnhom tfisser “passjoni, enerġija.” L-oħra tfisser “aġitat/a, j/tagħli”. Fis-sens Bibbliku r-rabja hija enerġija ġejja mill-Mulej bil-għan li tgħinna nsolvu l-problemi li jkollna. Xi eżempji ta’ rabja bibblika huma, bħal ngħid aħna, meta David irrabja bil-kbir meta sema’ lill-profeta Natan jaqsam miegħu l-inġustizzja li wettaq is-sinjur li “ħa l-ħarufa ta’ dak l-imsejken raġel, u [ħejjieha bħala] ikel għal dak li kien ġie għandu” (2 Samwel 12:4). U kif nistgħu ma niftakkrux fir-rabja ta’ Ġesù dwar kif xi wħud mill-Lhud niġġsu l-qima lejn il-Mulej fit-tempju ta’ Ġerusalemm (ara Ġw 2:13-18). Iżda hemm ħaġa tassew kurjuża f’dawn iż-żewġ eżempji! Il-persuna li irrabbjat qatt ma iddefendiet lilha innifisha. Minflok iddefendiet lill-oħrajn jew inkella xi prinċipju.  Continue reading “Ir-rabja”