Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia
IL-ĠIMGĦA TAT-TIELET ĠIMGĦA
Mk 12,28b-34 –Hos 14,2-10
“Fit-tjieba tiegħek, Mulej, sawwab fi qlubna l-grazzja tiegħek, biex tgħinna nrażżnu l-ġibda tagħna għall-ħażen u tqawwina biex inħarsu l-kmandamenti tiegħek.”
[It-talba tallum tidwi fil-knisja ta’ “San Lorenzo in Lucina”, bażilika tal-bidu tas-seklu 5 ddedikata lil San Lawrenz u mibnija fuq art ta’ sinjura Rumana li kien jisimha Luċina. Ningħaqdu fit-tifkira tal-bosta Nsara Rumani li, flimkien mal-Papa, bħallum kienu jqaddsu r-Randan bit-talb li kienu jagħmlu f’din il-knisja.] Continue reading “Il-Wieħed u Għoxrin Jum tar-Randan”