Misericordina plus

Patri Mario Attard OFM Cap

Il-Papa Franġisku dejjem b’xi waħda ġdida! Nhar il-Ħadd 21 ta’ Frar kelli x-xorti nisimgħu b’widnejja stess jgħidha fi Pjazza San Pietru. U iggustajtu! L-għaliex qalha minn qalbu! Mela x’qal?

F’folla li ippakkjat Pjazza San Pietru, u emmnuni l-għaliex fejn kont jien ma konniex għajr sardin, il-Papa qal hekk:

“Ir-Randan hu ż-żmien addattat biex issir mixja ta’ konverżjoni li fil-qalbha tagħha hemm il-ħniena. Għalhekk illum deherli li għandi nirregalalkom, lilkom li tinsabu fil-pjazza, ‘mediċina spiritwali’, li sejjaħtilha ‘Misericordina’.  Diġà għamilna dan darb’oħra imma din hi ta’ kwalità aħjar: hi ‘il-Misericordina plus’. Kaxxa żgħira li fiha l-kuruna tar-Rużarju u xbieha ċkejkna ta’ Ġesù tal-Ħniena.  Fost il-volontraji li issa se jqassmuhom, hemm nies foqra, bla dar, persuni turufnati u anki reliġjużi.  Ilqgħu dan ir-rigal bħala għajnuna spiritwali sabiex jinxterdu, speċjalment matul din is-sena tal-Ħniena, l-imħabba, il-maħfra u l-fraternità”. Continue reading Misericordina plus

L-Erbgħa u Għoxrin Jum tar-Randan

IT-TLIETA TAR-RABA’ ĠIMGĦA

Ġw 5,1-3a.5-16 – Eż 47,1-9.12

“It-taħriġ qaddis tar-Randan, Mulej, iħejji sewwa l-qlub tal-fidili tiegħek biex jilqgħu kif jixraq il-misteru ta’ l-Għid u jxandru b’tifħir is-salvazzjoni tiegħek.”

[Illum il-komunita’ storika tal-Insara f’Ruma tistedina nieqfu fil-knisja ta’ “San Lorenzo in Damaso” jiġifieri fil-knisja li l-Papa San Damasu kien waqqaf fid-dar tiegħu – għalhekk “in Damaso” –  appuntu fejn tinsab il-knisja llum, mhux ‘il bogħod mill-Vatikan.] Continue reading L-Erbgħa u Għoxrin Jum tar-Randan