Xi jsaħħaħ lis-soċjetà tagħna

 

 

Patri Mario Attard OFM Cap

Il-festa liturġika ta’ San Tumas t’Akwinu, li iċċelebrajna nhar il-Ħamis 28 ta’ Jannar, tixgħel bozza fuq is-soċjetà tagħna. Kemm hu importanti u urġenti li nitħaddtu, nippromovu u ngħixu l-virtujiet. Imma x’inhi l-virtù?

San Tumas ħa l-kelma virtù mill-istess għerq tal-kelma Latina vir, li tfisser raġel u vis li tfisser qawwa. Mela t-tifsira bikrija tal-kelma virtù timplika l-ħakma ta’ kwalitajiet maskili bħall-qawwa u l-kuraġġ fl-ordni morali tat-tjubija u tal-perfezzjoni umana. Akwinu jiddefinixxi l-virtù bħala drawwa li tinfluwenza l-azzjoni (habitus operativus bonus). Continue reading Xi jsaħħaħ lis-soċjetà tagħna

Il-Ħamsa u Għoxrin Jum tar-Randan

Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

L-ERBGĦA TAR-RABA’ ĠIMGĦA

Ġw 5,17-30 – Is 49,8-15

O Alla, inti tagħti l-premju lit-tajbin għall-merti tagħhom, u l-maħfra lill-midinbin għall-indiema tagħhom; fiċ-ċokon tagħna nitolbuk tħenn għalina, biex nistqarru li aħna ħatja, u hekk naqilgħu l-maħfra ta’ dnubietna.”

[Hu dak ta’ “San Paolo fuori le Mura” l-istazzjon, jiġifieri l-waqfa penitenzjali marbuta mal-ġurnata tallum. hu t-tempju li Kostantinu kien tella’ fuq il-qabar tal-Appostlu Pawlu, fil-post fejn kien ukoll ġie martirizzat. Bażilika monumentali, knisja nobbli, imkien qaddis.] Continue reading Il-Ħamsa u Għoxrin Jum tar-Randan