It-Tmienja u Għoxrin Jum tar-Randan

Print Friendly, PDF & Email

IS-SIBT TAR-RABA’ ĠIMGĦA

Ġw 7,40-53 – Ġer 11,18-20

“Fil-ħniena tiegħek, Mulej, kun int li tmexxi l-qlub tagħna, għax mingħajrek

ma nistgħux nogħġbuk.”

[L-istazzjoni kwareżimali tallum jeħodna fil-knisja ċkejkna ta’ San Nikola “in Carcere”, f’tarf il-Foro Ruman, knisja tal-ħames seklu li inbniet fejn qabel aktarx li kien hemm wieħed mill-ħabsijiet ta’ Ruma. Għalhekk “in Cacere”. Jista’ jkun li d-dedika kienet imnebbħa mill-għemejjel ta’ karita’ li għalihom kien magħruf dal-qaddis tal-Lvant (u tal-Milied).]

Illum il-Knisja tirrikorri mill-ġdid għall-ħniena t’Alla u titolbu biex, fil-ħniena tiegħu għalina, jiggwida lil qlubna lejh. Alla jaf li ħafna drabi l-qalb tagħna tiġġerra ‘l hawn u ‘l hinn, ‘il bogħod minnu, u sikwit tinħakem minn xewqat ta’ l-art li ma jaqblux mad-dinjita’ umana u divina tagħna.

Alla jfakkarna, permezz ta’ ibnu Ġesù, li “fejn hemm it-teżor tagħna, hemm tinsab ukoll qalbna” (Mt 6,20). Alla jrid li t-teżor tagħna jkun hu nnifsu. Għax hu sewwasew l-istess Alla, id-destin tagħna.

Nitolbu, f’dat-tieni jum tas-Settiena ta’ Marija Addolorata, sabiex Alla jħenn għalina fil-miżerji tagħna u jħalli lil Verġni Mqaddsa ssostnina fit-taqbida tagħna kontra d-dinja. Nitolbuh il-grazzja li nħallu ruħna ninġibdu lejh, biex insiru nogħġbuh u jdaħħalna fil-ħajja tas-sema.

Leave a Reply

%d bloggers like this: