Minn nuċċali tal-fidi!

Patri Mario Attard OFM Cap

Dan l-aħħar kelli qadja sal-Università. U kif għaddejt minn fejn il-Gateway Building (GW) rajt sitt kelmiet li laqtgħuni fil-laħam il-ħaj. Tant hu hekk li waqaft u, bil-kalma kollha, qgħadt niktibhom waħda waħda. Biex żgur ma ninsiehomx!

Dawn il-famużi kelmiet li lili tant ġagħluni naħseb kienu dawn: Ħabrek, Żbalja, Tgħallem … Irnexxi, Ikber, Għix. Issa jien, bħala Patri u Nisrani, għedt bejni u bejn ruħi: “Ħa nara ftit il-Bibbja xi tgħid dwarhom?” Għalhekk tlabt talba, ftaħt il-Bibbja u bdiet l-avventura! U x’sibt? Continue reading Minn nuċċali tal-fidi!

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal‑membri tal-Ordni Militari Sovran ta’ Malta

Il-Ħadd 13 ta’ Marzu 2016: L-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa mal‑membri tal-Ordni Militari Sovran ta’ Malta, fil-preżenza tal-Eminenza Tiegħu Fra Matthew Festing, Granmastru tal-Ordni Sovran, Militari u Ospitalier ta’ San Ġwann. Il-Quddiesa saret fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Continue reading L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal‑membri tal-Ordni Militari Sovran ta’ Malta