It-Tletin Jum tar-Randan

Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

IT-TLIETA TAL-ĦAMES ĠIMGĦA

Ġw 8,21-30 – Num 21,4-9

“Agħtina, Mulej, li naqdu bla heda r-rieda tiegħek, biex il-poplu qaddis tiegħek f’din il-ħajja jikber dejjem fit-tjieba u fl-għadd.”

[Il-knisja ta’ “Santa Maria in Via Lata” hi l-istazzjon kwareżimali tallum, knisja li aktarx hi mibnija fuq id-dar li fiha qagħad l-appostlu Pawlu fiż-żmien li għaddha taħt arrest fid-dar sal-martirju tiegħu. Jidher li dan hu kkonfermat minn xhieda arkeoloġika. Il-knisja ta’ adorazzjoni Ewkaristika tallum, li tinsan f’Via del Corso, issostitwiet oħrajn qabilha.] Continue reading It-Tletin Jum tar-Randan