Esperjenza sabiħa

Patri Mario Attard OFM Cap

Dan l-aħħar kelli l-pjaċir u l-privileġġ li nieħu sehem fil-programm Ċikku l-Poplu li jixxandar fuq One Radio nhar ta’ Erbgħa mill-10.00 ta’ filgħaxija sa nofsillejl. Il-programm jitmexxa minn Etienne Schembri u Georvin Bugeja.

Jiena kont mistieden għal dan il-programm popolari fil-puntata tal-Erbgħa 20 ta’ Jannar. Miegħi kien mistieden ukoll l-Imam tal-Komunità Musulmana f’Malta Mohamed El Sadi. It-tnejn li aħna rajna kemm hu importanti li nsiru midħla ta’ xulxin. Id-djalogu u l-ħbiberija bejn iż-żewġ reliġjonijiet hija ta’ mportanza kbira. Ma jistax ikollna l-paċi fid-dinja mingħajr ma jkun hemm il-paċi bejn ir-reliġjonijiet. Continue reading “Esperjenza sabiħa”