L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa ta’ Ħadd il-Palm

Il-Ħadd 20 ta’ Marzu 2016. L-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa f’Ħadd il-Palm, fil-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa. Din iċ-ċelebrazzjoni bdiet minn quddiem il-Knisja ta’ Santa Katerina d’Italia, il-Belt Valletta, fejn sar it-tberik tal-friegħi tal-palm u ż-żebbuġ, u wara saret il-purċissjoni sal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fejn il-Quddiesa tkompliet bil-qari tar-rakkont tal-Passjoni mill-Evanġelju skont San Luqa.

Continue reading L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa ta’ Ħadd il-Palm