Ir-ritratt ta’ Ġuda fis-Salmi

Patri Mario Attard OFM Cap

Jum l-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa niltaqgħu mal-karattru ta’ Ġuda t-traditur.

L-aktar element espressiv tal-episodji tat-tbatija ta’ Kristu x’aktarx li huwa l-konfużjoni fl-episodju tat-tradiment. Immedjatament naraw l-għoljiet u l-qċaċet tal-kundizzjoni umana. F’din id-drama aħna nitmexxew f’kontroversja li tisfidana biex nagħrfu d-dawl qalb dlam li taqgħtu b’sikkina. F’din il-konfużjoni jeżiżti dan l-antagoniżmu li jżid aktar l-umanità tal-istorja. Jeżiżtu ħafna emozzjoniet fil-ġrajjiet evanġeliċi varji li jirrakkuntaw il-ġrajja tat-tradiment: il-ħbiberija u l-fiduċja, mqiegħda max-xeħħa, mal-qerq u mal-biża’. Mhux talli Kristu ma kellux it-toqol li jissaporti l-infedeltà ta’ Ġuda talli jinsab assedjat ukoll mill-abbandun ta’ oħrajn mit-tnax li kien għażel. Continue reading Ir-ritratt ta’ Ġuda fis-Salmi

Żewġ ikoni tal-Ħniena ta’ Alla fil-konfessinarju

Patri Mario Attard OFM Cap

X’ħin rajt l-iġsma għeżież tagħhom fil-Bażilika Vatikana, nhar l-Erbgħa 10 ta’ Frar, f’Ras ir-Randan, ma stajtx nemmen lili nnifsi. Kienet esperjenza mill-isbaħ għalija. Din l-esperjenza qabbiżli d-dmugħ! Xi grazzja li rajt quddiemi, fid-dar ta’ Alla iddedikata lil Pietru, l-iġsma mqaddsa ta’ żewġ ħuti għeżież Kapuċċini, San Piju minn Pietrelcina u San Leopoldu Madić. Il-preżenza tar-relikwi ta’ dawn iż-żewġ konfessuri kbar Kapuċċini, u kbar mhux l-għaliex kienu jilgħabuha ta’ kbar imma l-għaliex libsu ma’ qaddhom il-fardal u ma telquh qatt jaqdu fil-ministeru tal-qrar, imlietni b’kuraġġ liema bħalu! Continue reading Żewġ ikoni tal-Ħniena ta’ Alla fil-konfessinarju

Il-Ħamsa u Tletin Jum tar-Randan

Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

IT-TNEJN TAS-SITT ĠIMGĦA TAR-RANDAN

Ġw 12,1-11 – Is 42,1-7

“Ħares lejna, o Alla li tista’ kollox, ara kemm nonqsu fost tant tiġrib, ta’ bnedmin dgħajfa li aħna, u agħmel li nieħdu r-ruħ għall-merti tal-passjoni ta’ Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li miegħek jgħix u jsaltan flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem.” Continue reading Il-Ħamsa u Tletin Jum tar-Randan