Il-Ħamsa u Tletin Jum tar-Randan

Print Friendly, PDF & Email

Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

IT-TNEJN TAS-SITT ĠIMGĦA TAR-RANDAN

Ġw 12,1-11 – Is 42,1-7

“Ħares lejna, o Alla li tista’ kollox, ara kemm nonqsu fost tant tiġrib, ta’ bnedmin dgħajfa li aħna, u agħmel li nieħdu r-ruħ għall-merti tal-passjoni ta’ Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li miegħek jgħix u jsaltan flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem.”

[Bħallum il-Knisja f’Ruma tradizzjonalment tiltaqa’ fil-bażilika ta’ “Santa Prassede all’Esquilino”, fundata fis-seklu 4 u li l-bieb għall-binja medjevali llum jinsab fi trejqa qrib Santa Maria Maggiore. Hi għażiża f’din il-knisja l-kolonna tal-flaġellazzjoni ta’ Ġes .]

Ninsabu fil-bidu tal-ġimgħa mqaddsa u l-Knisja terġa’ tagħmel supplika mqanqla għall-ħarsien ta’ Alla fuq id-dgħufija tagħna. Għaliex terġa’ tagħmel din is-supplika? Għax aħna dgħajfa u f’ċertu tiġrib, sewwasew fit-tentazzjonijiet għad-dnub, nonqsu ħafna.

Il-Knisja taf, u tistqarr, li kien minħabba dnubietna li Ġesù sofra l-passjoni u l-mewt fuq is-salib. Il-Knisja taf ukoll li wisq drabi, bl-infedeltajiet tagħna, inġibu fix-xejn it-tbatija li l-Imgħallem Divin tagħna, sabiex jobdi lill-Missier sa l-aħħar, ġarrab minħabba fina.

Hu għalhekk li l-Knisja titlob sabiex għall-merti li Ġesù kiseb għalina aħna nieħdu r-ruħ, nitqawwew kontra l-ħażen li jġarrabna fil-pellegrinaġġ tagħna fuq l-art u nagħarfu ngħixu fil-grazzja t’Alla.

Leave a Reply

%d bloggers like this: