Żewġ ikoni tal-Ħniena ta’ Alla fil-konfessinarju

Patri Mario Attard OFM Cap

X’ħin rajt l-iġsma għeżież tagħhom fil-Bażilika Vatikana, nhar l-Erbgħa 10 ta’ Frar, f’Ras ir-Randan, ma stajtx nemmen lili nnifsi. Kienet esperjenza mill-isbaħ għalija. Din l-esperjenza qabbiżli d-dmugħ! Xi grazzja li rajt quddiemi, fid-dar ta’ Alla iddedikata lil Pietru, l-iġsma mqaddsa ta’ żewġ ħuti għeżież Kapuċċini, San Piju minn Pietrelcina u San Leopoldu Madić. Il-preżenza tar-relikwi ta’ dawn iż-żewġ konfessuri kbar Kapuċċini, u kbar mhux l-għaliex kienu jilgħabuha ta’ kbar imma l-għaliex libsu ma’ qaddhom il-fardal u ma telquh qatt jaqdu fil-ministeru tal-qrar, imlietni b’kuraġġ liema bħalu! Continue reading “Żewġ ikoni tal-Ħniena ta’ Alla fil-konfessinarju”