Il-Quddiesa praesente cadavere tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca

L-Erbgħa 23 ta’ Marzu 2016: Illum fl-4:00 p.m. saret il-Quddiesa præsente cadavere tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, ċċelebrata mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Miegħu kkonċelebraw l-Isqof t’Għawdex Mons. Mario Grech, l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P., l-Isqof Emeritu Silvestru Magro u l-Vigarju Ġenerali ta’ Malta, Mons. Joe Galea Curmi.

Continue reading Il-Quddiesa praesente cadavere tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca

It-Tridu ta’ l-Għid fil-Ġublew tal-Ħniena

11. Katekeżi dwar il-Ħniena mill-Papa Franġisku. 23 ta’ Marzu 2016.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Ir-riflessjoni tagħna fuq il-ħniena ta’ Alla l-lum tintroduċina għat-Tridu ta’ l-Għid. Se ngħixu l-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt imqaddsa bħala mumenti qawwija li jippermettulna nidħlu dejjem iżjed fil-misteru kbir tal-fidi tagħna: il-Qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu. Kollox, f’dawn it-tlitt ijiem, jitkellem dwar il-ħniena, għax jurina sa fejn kapaċi tasal l-imħabba ta’ Alla. Se nisimgħu r-rakkont ta’ l-aħħar jiem ta’ ħajjet Ġesù. L-evanġelista Ġwanni joffrilna l-muftieħ biex nifhmu s-sens profond tagħhom: “Hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar” (Ġw 13:1).

Continue reading It-Tridu ta’ l-Għid fil-Ġublew tal-Ħniena