Patri Mario Attard OFM Cap
L-omm! X’kelma sabiħa dik! Tlissinha b’liema ilsien tlissinha xorta waħda tinżillek għasel. L-għaliex hija, fiha innifsha, għasel. Għasel tal-għasel. Bennet l-Imħabba!
Għadni s’issa inġorr f’qalbi dak li ġarrabt is-sena l-oħra, sewwa sew nhar it-23 t’Awwissu. F’qillet is-sħana tas-sajf. Fi Knisja imdewda bin-nies. Tassew li ma kienx hemm fejn toqgħod labra. U, biex inkun eżatt, il-ħin kien għall-ħabta tal-għaxra u nofs. Dik il-għodwa, għal ma nafx kemm-il elf ruħ, żgur li ma kinitx jum bħall-oħrajn. Anzi. Kien jum ta’ festa. Jew aħjar tal-festa. Il-festa tar-raħal. Il-festa ta’ Santa Liena. L-Imperatriċi u l-Awgusta. Il-festa ta’ omm l-imqaddes Kostantinu. Continue reading “Il-ferħ tal-omm”