Il-bidlainn

Patri Mario Attard OFM Cap 

M’hemmx isbaħ milli bniedem jinbidel għat-tajjeb. Il-bidla turi li bniedem ma jistaġnax. Anzi! Jinfetaħ għall-iżvilupp! Jinfetaħ għall-ħajja!

Bħalissa l-istaġun tar-rebbiegħa jgħinna biex naħsbu ħafna aktar fil-fond dwar din ir-rejaltà kbira. Ara ftit kif jinbidlu l-fjuri. Ara t-temp kif jieħu sfumatura oħra. Ejjew ma mmorrux ‘il bogħod! Ara kif tinbidel saħansitra l-burdata tagħna f’dawn iż-żminijiet. It-temp sabiħ tar-rebbiegħa iġagħlna nħossuna aħjar. Ferm aħjar! Il-jiem sbieħ jagħtuna kuraġġ ħalli naffaċċjaw ix-xtiewi ta’ ħajjitna b’determinazzjoni. B’konvinzjoni li ebda maltemp li qatt ġie u m’għaddiex! Pożittiv! Pożittiv! Dejjem pożittiv! Continue reading “Il-bidlainn”