Id-Dawl idda għalija!

Patri Mario Attard OFM Cap

Ħajti ta’ taħt fuq. Nipprova nfittex il-ferħ. Nixxennaq għas-serħan. Iżda ma nsib xejn. Proprju xejn!

Niġri minn hawn għal hemm. Noħroġ minn bawxata u nidħol f’oħra. Stejjer. Avventuri. Inkwiet. Kemm-il darba ħallejt lil marti tinkwieta fuqi. “Min jaf fejn qiegħed? Mank ċempilli! Ħallieni agħar minn annimal!” U kemm-il darba sawwat lil żewġi. Mhux biċ-ċintorin. Imma b’xi ħaġa agħar. Ferm agħar! Iddeċidejt li ma nkellmux. Inkella inkun żorra miegħu. U dak li hu tiegħu fiż-żwieġ inċaħħadulu. Anki jekk nisma’ l-quddies kuljum. U nitqarben. Imma ma rridx nagħti lili nnifsi fuq l-artal taż-żwieġ. Irrid ngħaddilu l-messaġġ! Forsi jifhem! Iżda x’ħadt b’daqshekk? Aktar ħarraxxtlu qalbu! Continue reading Id-Dawl idda għalija!