Bil-ħlewwa

Patri Mario Attard OFM Cap 

“Dak taz-zokkor!” Jew “kliema veru zokkor”. Hemm ara sieħbi t-tbissima tilma’ fuq dak il-wiċċ li qabel tgħidx kemm kien imbeżża’! Il-qawwa tal-ħlewwa hija tassew kbira! Għidli?!

Darba iltqajt ma’ sentenza mill-Bibbja li tgħidx kemm għamlitli ġid! San Ġakbu fl-ittra tiegħu jikteb hekk: “Ilqgħu bil-ħlewwa l-kelma mħawwla fikom, li tista’ ssalvalkom ruħkom” (Ġak 1:21). Ifhem! Il-Kelma ta’ Alla dejjem Kelma ta’ Alla. Hija “l-għajn tad-dawl, li fih ma hemm ebda tibdil u anqas dell ta’ tidwir” (Ġak 1:17). Kelma ta’ Alla hi! Għalhekk huwa jien u int li neħtieġu li nitbiddlu u mhux hi! Madankollu biex din il-Kelma tal-verità jinħtieġilha taħdem fija u fik irridu nagħtuha l-griż tal-ħlewwa. Irridu nilqgħuha b’qalb miftuħa u ferħana bħal ta’ tifel ċkejken. Jiġifieri b’dik il-qalb li tagħti dejjem raġun lill-Kelma ta’ Alla. Inkella l-għaliex int u jien infittxu fiha biex nieħdu d-direzzjoni t-tajba? Ma nistax infittex direzzjoni minn post li, minnu nnifsu, ma joffrix direzzjoni. Inkella jkolli rota nieqsa! Mhux hekk sieħbi? Continue reading Bil-ħlewwa