Il-qaddisin tal-ħajja ta’ kuljum u l-martri huma l-mutur tal-Knisja

Il-Ħamis 7 ta’ April 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Il-muturi li jmexxu ‘l quddiem il-Knisja huma l-qaddisin tal-ħajja ordinarja u l-martri tal-lum għax bil-grazzja u l-ħidma tal-Ispirtu s-Santu huma persuni koerenti u xhieda kuraġġużi ta’ Kristu Rxoxt. Hekk afferma l-Papa dalgħodu waqt l-omelija fil-kappella tad-Dar Santa Marta. Continue reading Il-qaddisin tal-ħajja ta’ kuljum u l-martri huma l-mutur tal-Knisja

X’jum sabiħ!

Patri Mario Attard OFM Cap 

Kemm qed jagħmel temp sabiħ ħbieb! Dan l-aħħar, wara jumejn ta’ xogħol bla waqfien fl-Isptar, fettilli ninżel naqra sal-ġardina tal-kunvent. Nimxi u nżebbeġ.

Is-sema kaħlani quddiemi, imżejjen b’dik ix-xemx ħanina li taf tagħti l-art Maltija, ħallieni mingħajr kliem! Kemm ħadt gost niġi immelles minn dik l-fewġa kiesħa u ħelwa xitwija! Jiena u miexi ħarist lejn is-sema u qgħadt nosserva. L-ebda’ sħaba li hi sħaba ma kienet tidher! Għalhekk mela stajt niċċassa nħares lejh mill-parti dellija ta’fejn is-siġra! X’għaxqa kien fih is-sema li waħħalli għajnejja fih! Continue reading X’jum sabiħ!