Messaġġ mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex


Is-Sibt 9 ta’ April 2016. MESSAĠĠ MILL-ISQFIJIET TA’ MALTA U GĦAWDEX (35/2016)

Ningħaqdu mal-E.T. il-President tar-Repubblika Marie-Louise Coleiro Preca, fit-tħassib tagħha għas-sitwazzjoni ta’ bħalissa f’pajjiżna. Għaldaqstant nagħtu l-appoġġ tagħna għall-messaġġ li hija wasslet nhar il-Ġimgħa 8 ta’ April 2016, f’wieħed mill-ġurnali ta’ pajjiżna.

Filwaqt li ningħaqdu mal-President Coleiro Preca fl-appell f’waqtu li hija għamlet, nagħmlu sejħa lil dawk kollha ta’ rieda tajba biex jiżnu l-kliem tagħha u nistiednu lill-Insara biex jitolbu lil Alla, għani fil-ħniena, jieqaf magħna fiċ-ċirkustanzi attwali. Fuq kollox nitolbu biex f’pajjiżna jsaltnu dejjem l-għaqda, l-għożża, il-libertà, il-verità u l-ġustizzja.

Charles J. Scicluna Mario Grech
Arċisqof ta’ Malta Isqof ta’ Għawdex