Appell Ġabra għall Knisja fl Ukrajna


Il-Ġimgħa 15 ta’ April 2016: Appell Ġabra għall Knisja fl Ukrajna

Hija drawwa antika fil Knisja li l Insara jwieżnu Nsara oħra li jkunu għaddejjin minn mumenti iebsin. Fil fatt, l Appostlu Missierna San Pawl jgħid li l Insara tal Maċedonja u l Akaja għoġobhom jaqsmu ġidhom mal fqar fil Knisja f’Ġerusalemm (ara Rum 15:26).

fdĦmistax ilu, waqt it talba tal Angelus, il Papa Franġisku għamel sejħa lill Knejjes Kattoliċi fl Ewropa biex jagħmlu ġabra speċjali għall Insara fl Ukrajna, fejn hemm il gwerra.

Skont in Nunzju Appostoliku fl Ukrajna bħalissa hemm tbatija kbira. L anzjani huma l aktar li qegħdin isofru. Ħafna tfal sabu ruħhom orfni għax tilfu l ġenituri fil gwerra. Ħafna sabu ruħhom bla xogħol u ma għandhomx biex imantnu l familja tagħhom. Is sitwazzjoni fl isptarijiet hija ħażina ħafna.

Kif jgħidilna l Papa Franġisku, l għotjiet ta’ karità li qed niġu mitluba nagħmlu mhux biss jipprovdu għall ħtiġijiet materjali ta’ dawn ħutna, imma huma wkoll espressjoni ta’ solidarjetà ma’ din il Knisja mġarrba minn tant tbatija.
Nistgħu nqisu din l istedina li qed jagħmlilna l Papa Franġisku bħala mument ta’ grazzja f’dan il Ġublew tal Ħniena li matulu l Knisja hi msejħa tfejjaq il ġrieħi, iddewwihom biż żejt tal faraġ, tinfaxxahom bil ħniena u tfejjaqhom bis solidarjetà u l attenzjoni li jeħtieġu (ara Il Wiċċ tal Ħniena, 25).

Għalhekk aħna qed nordnaw li l ġbir li ser isir fil knejjes nhar is Sibt (filgħaxija) u l Ħadd li ġejjin ser ikun għal dan l għan. Ħa jkun dan l appell imqanqal tal Papa “mod kif nerġgħu nqajmu l kuxjenza tagħna spiss rieqda quddiem it traġedja tal faqar u biex nidħlu dejjem iżjed fil qalba tal Vanġelu” (ibid.).

Il paċi ta’ Kristu rebbieħ fuq il mewt timla ’l qlubna.

+ Mons. Mario Grech                                                                   + Mons. Charles J. Scicluna
Isqof ta’ Għawdex                                                                                     Arċisqof ta’ Malta

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.