Inżuru lill-anzjani tagħna

Patri Mario Attard OFM Cap 

Dan l-aħħar kelli l-grazzja li nżur l-Patrijiet anzjani tagħna l-Kapuċċini fid-Dar tal-Kleru. Kienet esperjenza tassew sabiħa! Esperjenza fejn stajt napprezza ferm aktar mhux biss id-don tal-ħajja imma ukoll, u fuq kollox, id-don taż-żmien. Mhux ta’ b’xejn mela li meta kont membru fis-Soċjetà tal-Mużew is-Superjur kien jgħallimna li ż-żmien hu prezzjuż daqs Alla l-Imbierek! Biż-żmien nista’ nirbaħ jew nitlef lil Alla, l-aqwa valur li qatt jista’ ikolli f’ħajti! Continue reading “Inżuru lill-anzjani tagħna”