Il-pellegrinaġġ

Patri Mario Attard OFM Cap 

Kien jum mill-isbaħ. Il-Ħamis 17 ta’ Marzu. Jum li nibqa’ niftakar. Ngħożż. Minħabba l-pellegrinaġġ li għamilt ma’ grupp fil-Bażilika tal-Isla. Għar-Redentur.

Bdejna minn Pjazza Benedittu XV. Imxejna flimkien. Kont fuq quddiem, ħdejn is-Salib. Bdejna nkantaw l-innu Ejja Wara Ġesù. Waqt li bdejna mexjin ħarist lejn is-Salib li kien qed iġorr membru tal-Mużew. U għedt, fil-qalba ta’ qalbi: “U mhux wara Ġesù irrid nimxi? Mela wara min?” In-nies jgħallumni. Illum kulħadd itiehlek. U jaf id-daqqa jagħtihielek bla ħniena ta’ xejn. Forsi jkun ħaqqni. L-għaliex inkun waqaft biss mat-tbissima mqanżħa. Jew ma’ xi libsa. Imma l-qalb? L-għebusija u l-kburija tagħha? Issemilix! Iebsa! Tweġġa’. Iweġġgħuk bla ħniena! Continue reading “Il-pellegrinaġġ”