Ismagħni naqra!

Patri Mario Attard OFM Cap 

Toħroġilna bla ma rridu. L-aktar meta nkunu qegħdin nippruvaw infehmu xi ħaġa lil dawk ta’ madwarna. Imma, u min jaf għal liema raġuni, dak jew dik li tkun ma jkunux jistgħu jifhmuna. U t-tempra titla’! Sakemm tisplodi! “Ismagħni naqra!”

Imma xi tfisser eżatt li tisma’? Kemm hu mportanti li tisma’? U l-għaliex mingħajr is-smiegħ ma nistgħux ngħixu ħajja kompletament umana? Ħajja fejn id-dinjità tagħha bis-smiegħ tkun merfugħa ‘l fuq? Kif tant, wara kollox, jixirqilha? Dan l-aħħar ġie f’idejja l-messaġġ mill-isbaħ li Papa Franġisku kiteb fil-50 Jum Dinji tal-Komunikazzjoni soċjali. It-titlu ta’ dan il-messaġġ kien dan: Komunikazzjoni u ħniena: laqgħa li tħalli l-frott. Continue reading “Ismagħni naqra!”