Bih se ngħaddi għan-naħa l-oħra!

Patri Mario Attard OFM Cap 

Bagħtuhieli bħala attachment. Għoġbittni. L-għaliex sempliċi. Mimlija illustrazzjonijiet sbieħ. Bi kliem tassew li jġagħlek taħseb. U, fuq kollox, mimlija b’għerf il-ħajja!

L-istorja hija dwar wieħed li kellu salib. U x’Salib kien qiegħed iġorr fuq spallejh! Mhux kulħadd għandu wieħed x’kull waħda! Imma ħej dan is-salib beda jgħejjieh. Aktar ma beda jerfgħu aktar ħammarlu spallejh. U beda jisloħomlu ukoll. “Ajma! Ma niflaħx inġorru!” beda jwaħwaħ ir-raġel bl-uġiegħ. Continue reading Bih se ngħaddi għan-naħa l-oħra!

Fil-mixja tal-ħajja l-bnedmin qatt ma jimxu waħedhom

Il-Ħamis, 21 ta’ April 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Il-bnedmin qatt ma jimxu waħedhom fil-ħajja imma meta jiftakru fil-preżenza t’Alla dan jgħinhom jifhmu li s-salvazzjoni mhix xi ħaġa ta’ mument imma storja li tinbena jum wara ieħor bejn il-ħażin u t-tajjeb sa ma tasal il-laqgħa finali. Continue reading Fil-mixja tal-ħajja l-bnedmin qatt ma jimxu waħedhom