Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > L-Insara huma bnedmin tad-dawl: ngħidu ‘le’ għall-wiċċ b’ieħor

L-Insara huma bnedmin tad-dawl: ngħidu ‘le’ għall-wiċċ b’ieħor


Il-Ġimgħa, 29 ta’ April 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

In-Nisrani ma jimxix f’toroq imdella għax fihom m’hemmx il-verità ta’ Alla. Imma anke jekk jaqa’, jista’ jorbot fuq il-maħfra u l-ħlewwa ta’ Alla li jreġġgħuh lura lejn il-ħajja u d-dawl.

 

Dalgħodu, waqt il-quddiesa fil-kappella tad-Dar Santa Marta, il-Papa Franġisku għamel is-soltu riflessjoni fuq il-qari li ttina l-liturġija.

Il-ħajja Nisranija hi mingħajr dnub, għax m’hemm ebda ħtija li ma tiġbidx fuqha t-tenerezza u l-maħfra tal-Missier. Il-Papa kien qed jikkummenta dwar is-silta mill-ittra ta’ San Ġwann li fiha l-Appostlu jwissi lil min jemmen, dwar il-ħajja doppja – dawl fil-wiċċ u dlam fil-qalb – għax Alla hu biss dawl.

Jekk ngħidu li aħna mingħajr dnub inkunu qed nirrendu ‘l Alla giddieb, qal Franġisku, filwaqt li osserva li l-ħajja hi taqbida bla tarf tal-bniedem kontra d-dnub u biex jikseb il-grazzja.

Jekk inti tgħid li tinsab f’komunjoni mal-Mulej, imxi fid-dawl! Imma mhux tgħix ħajja doppja, dik le! Dik il-gidba li naraw tant spiss madwarna, li twaqqa’ lilna wkoll: li ngħidu ħaġa u nagħmlu oħra. It-tentazzjoni dejjem magħna… Il-gideb ma nafux mnejn ġej? Fil-Bibbja, lix-xitan Ġesù jsejjaħlu ‘missier il-gideb’, il-giddieb. Allura, b’ħafna ħlewwa, b’ħafna manswetudni, jgħid lill-Knisja ‘adolexxenti’, ‘tfajla’: Tkunx giddieba. Int tinsab f’komunjoni ma’ Alla, imxi fid-dawl. Agħmel opri tad-dawl. Qatt tgħid ħaġa u tagħmel oħra. Le għall-ħajja doppja.

L-ittra ta’ San Ġwann tibda bil-kelma ‘uliedi’, it-ton ta’ nannu li qed ikellem lin-neputijiet żgħar – il-ħlewwa tal-kliem tal-Vanġelu tal-lum li fih Ġesù jgħid li l-madmad tiegħu hu ħafif u jwiegħed is-serħan lil min hu għajjien u magħfus.

Bl-istess mod, l-appell ta’ Ġwanni, afferma l-Papa Franġisku, hu biex ma nidinbux, imma jekk xi ħadd jaqa’ m’għandux jaqta’ qalbu.

Aħna għandna Paraklitu, avukat, difensur, quddiem il-Missier: huwa Ġesù Kristu, il-Ġust. Hu jiġġustifikana. Hu jtina l-grazzja. Jiġi f’moħħok tgħid: Imma mhux xi ħaġa tant kerha li jkollok dnub! Le, id-dnub hu ikrah!, insista l-Papa. Imma jekk dnibt ftakar li hemm min qed jistenniek biex jaħfirlek. Dejjem! Għax hu, il-Mulej, hu akbar mid-dnubiet tagħna.

Din hi l-ħniena ta’ Alla, kompla l-Papa, il-kobor ta’ Alla. Hu jaf li aħna m’aħna xejn, li minnu biss tiġina l-qawwa, u għalhekk dejjem jistenniena. M’għandniex nimxu b’sieq fid-dawl u oħra fid-dlam. Ma nkunux giddibin. Ilkoll dnibna. Ħadd ma jista’ jgħid: ‘Dan midneb, din midinba, u jien, għall-grazzja t’Alla, jien ġust.’ Wieħed biss hu ġust, Dak li ħallas għalina.

U jekk xi ħadd jidneb, Hu qiegħed hemm jistenniena, biex jaħfrilna, għax ħanin u jaf tajjeb kif aħna magħġunin u jfakkarna li aħna trab. Jalla l-ferħ li jtina dan il-qari, temm Franġisku, imexxina ‘l quddiem fis-sempliċità u t-trasparenza tal-ħajja Nisranija, speċjalment kull meta nduru lejn il-Mulej bil-verità.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: