L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Duminku

Nhar it-Tlieta 31 ta’ Mejju 2016: L-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa tas-Solennità Titulari taż-Żjara ta’ Sidtna Marija lil Eliżabetta u l-200 Anniversarju mit-twaqqif tal-Knisja bħala Bażilika. Il-Quddiesa ġiet iċċelebrata fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Duminku, il-Belt Valletta.

Continue reading L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Duminku

In-Nisrani jaqdi mill-ewwel u bil-ferħ mingħajr ma joqgħod iqarras wiċċu

It-Tlieta 31ta’ Mejju 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Kif tinbidel id-dinja kieku nitgħallmu naqdu u nersqu lejn l-oħrajn! B’dal-ħsieb il-Papa Franġisku temm l-omelija li għamel dalgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta.

Continue reading In-Nisrani jaqdi mill-ewwel u bil-ferħ mingħajr ma joqgħod iqarras wiċċu

Il-Knisja hi ħielsa fil-profezija imma meta tkun magħluqa fil-gaġġa tal-liġijiet tagħmel biss skjavi

It-Tnejn 30 ta’ Mejju 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Fil-mixja tal-fidi l-Knisja u kull Nisrani għandhom joqogħdu attenti u ma jingħalqux f’sistemi ta’ regoli imma jagħtu wisa’ għat-tifkira tad-doni li rċevew minn Alla, għad-dinamiżmu tal-profezija u għax-xefaq tat-tama. Il-Papa Franġisku ġabar l-omelija li għamel dalgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta f’dawn it-tliet kelmiet.

Continue reading Il-Knisja hi ħielsa fil-profezija imma meta tkun magħluqa fil-gaġġa tal-liġijiet tagħmel biss skjavi

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tas-Solennità tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Ġesù

Il-Ħadd 29 ta’ Mejju 2016: L-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Ġesù (Corpus Christi) fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u wara mexxa purċissjoni bl-Ewkaristija, mat-toroq tal-Belt Valletta.

Continue reading L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tas-Solennità tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Ġesù

L-Arċisqof jikkonsagra l-Artal ġdid tal-Oratorju tas-Socjetà Missjunarja ta’ San Pawl

Is-Sibt 28 ta’ Mejju 2016: L-Arċisqof Charles J. Scicluna kkonsagra l-artal il-ġdid tal-Oratorju tas-Socjetà Missjunarja ta’ San Pawl (l-M.S.S.P.), Birkirkara.

Continue reading L-Arċisqof jikkonsagra l-Artal ġdid tal-Oratorju tas-Socjetà Missjunarja ta’ San Pawl

LIVE-IN li ħalla l-frott

Patri Mario Attard OFM Cap

Jeżiżtu esperjenzi fil-ħajja li ma tagħmilhomx darba biex tgħid tkun għamilthom. Iżda tagħżel li tagħmilhom l-għaliex ikunu, minnhom infushom, pożittivi. Huma esperjenzi li bihom tintebaħ li fil-ħajja hawn frott li jikber bil-bosta. Tant li dan il-frott ikun iddestinat li jibqa’!

Esperjenza ta’ din ix-xorta kienet Live-in li għalaq is-Sena Akkademika 2015-2016 mnedija mill-Istitut Agostinjan. Dan il-Live-in sar fid-Dar tal-irtiri, id-De La Salle Centre, fil-Mellieħa bejn id-29 ta’ April u l-1 ta’ Mejju 2016. Minħabba l-impenji li għandi fl-Isptar stajt nattendi biss mis-Sibt 30 t’April sal-Ħadd l-1 ta’ Mejju. Kienu hemm mas-26 persuna li ħadu sehem f’dan il-Live-in. Continue reading LIVE-IN li ħalla l-frott

L-Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa tal-Iklin

Il‑Ġimgħa 27 ta’ Mejju: L- Arċisqof Charles J. Scicluna amministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa tal‑Iklin. Continue reading L-Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa tal-Iklin